MESC 2025:
Dario Bezzina ft. Żeppi l-Muni - "Għażliet"
Għażliet
Għandi dritt li nagħżel x'jgħodd għalija
Għażla tiegħi, kif ħajti ngħix maż-żmien
Issa fhimt, u mhux se nżomm ġo fija
Liberat, għax kburi jien min jien
Kemm imxejt, f'toroq twal mudlama
Fejn ma wasalt imkien
Illum ninduna kemm ħlejt żmien…
X'jgħidu n-nies, kien il-qies
Qgħadt attent…
F'kull għemil, delli tqil
Ma kontx kuntent…
Għandi dritt li nagħżel x'jgħodd għalija
Għażla tiegħi, kif ħajti ngħix maż-żmien
Issa fhimt, u mhux se nżomm ġo fija
Liberat, għax kburi jien min jien
Ma niflaħx inwaħħal fija nnifsi
Hawn minn dan l-irdum
Illum, iddeċidejt li nqum…
Ħadd ma ssib, ħadd mhu qrib
Għadda ż-żmien…
Il-waqgħat, il-weġgħat
Ħassejthom jien…
Għandi dritt li nagħżel x'jgħodd għalija
Għażla tiegħi, kif ħajti ngħix maż-żmien
Issa fhimt, u mhux se nżomm ġo fija
Liberat, għax kburi jien min jien
Il-vuċi sibt ġo dan is-skiet
Is-sħaba sewda donnha għaddiet
Twelidt mill-ġdid
Għax fl-għażliet tiegħi m'hemmx taħwid
Sibt kulma rrid
Għandi dritt li nagħżel x'jgħodd għalija
Għażla tiegħi, kif ħajti ngħix maż-żmien
Issa fhimt, u mhux se nżomm ġo fija
Liberat, għax kburi jien min jien
(Għandi dritt li nagħżel x'jgħodd għalija)
Għandi dritt, Tiegħi id-dritt
(Għażla tiegħi, kif ħajti ngħix maż-żmien)
Issa fhimt, kburi jien, b'dak li jien
Issa fhimt, u mhux ѕe nżomm ġo fija
(Liberat, Jien min jien!)
Liberat, għаx kburi jien min jien
Artist | Dario Bezzina ft. Żeppi l-Muni |
Title | Għażliet |
Title (English) | Options |
Songwriter | Philip Vella |
Language | Maltese |