MESC 2017:
Janice Mangion - "Kewkba"
Kewkba
F'lejl jiddi taħt firxiet ta' smewwiet blu
Ilmaħtek riesaq qrib, biex lili ssib
Ħarist fil-fond t'għajnejk u jien tbissimt
Sakemm intlift fiċ-ċpar, u erġajt fhimt
Jien hawn, 'il fuq inħares lejk
Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f'sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mgħodijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-isbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwal kullimkien
Ħassejt idejk imellsu dal-ħaddejn
In-nifs tqil tagħna t-tnejn, li għeb fix-xejn
U issa r-riħ ixxotta d-dmugħ li bkejt
U ħadek 'l hemm fil-bogħod, minn fejn kont ġejt
Jien hawn, il fuq inħares lejk
Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f'sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mgħodijiet
Bik f'ħajti erġajt sibt
It-tama li kont tlift
Kont spalla xħin waqajt
Mill-qiegħ lili erfajt
Bħal dgħajsa f'oċean
Urejtni d-dawl fid-dlam
Nimirħu l-univers
Nintilfu ġo l-immens
Int kewkba f'sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mgħodijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-iѕbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwаl kullimkien
Artist | Janice Mangion |
Title | Kewkba |
Title (English) | Star |
Songwriters | Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna |
Language | Maltese |