MESC 2023:
Clintess - "Lura Qatt"
Lura Qatt
Bi tlugħ u nżul fil-ħajja
Fuq platt xejn ma sibt lest
Pass, pass u tarġa tarġa
Qatt ma tlift l-interess
Fil-mera kont inħares
Biex forsi ma nibqax l-istess
Bdejt nilbes il-parrokka
Il-ħwejjeġ tat-tfajliet
B'hekk il-persuna l-oħra
Bil-mod il-mod intfiet
Illum sibt lili nnifsi
Il-ħajja illi ridt bdiet
Lura qatt
B'rieda soda nibqa' mixja 'l quddiem
Mill-irbit li kien joħnoqni sibt ħelsien
Lesta ngħannaq bil-qalb il-ġejjien
Sat-tmiem
Lura qatt
Seħħet bidla li minn dejjem tant kont xtaqt
Dak li kelli f'rasi nista' ngħid ilħaqt
Kif kapitlu ġdid fil-ħajja ftaħt
Kemm fraħt
Mhux kulħadd lest jifhimni
Is-swaba' jippuntaw
Il-ġebel lest f'idejhom
Iħaġġru jippruvaw
L-istorja lanqas jafu
Għalihom dawn huma ksuħat
Għażilt id-direzzjoni
Se nasal issa naf fejn
Lura qatt
B'rieda soda nibqa' mixja 'l quddiem
Mill-irbit li kien joħnoqni sibt ħelsien
Lesta ngħannaq bil-qalb il-ġejjien
Sat-tmiem
Lura qatt
Seħħet bidla li minn dejjem tant kont xtaqt
Dak li kelli f'rasi niѕta' ngħid ilħaqt
Kif kapitlu ġdid fil-ħajja ftaħt
Kemm frаħt
Artist | Clintess |
Title | Lura Qatt |
Composer | Dominic Cini |
Lyricist | Etienne Micallef |
Language | Maltese |